BIL-FILMAT: It-teknoloġija tisfrattalhom serqa f’ħanut f’Birkirkara – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: It-teknoloġija tisfrattalhom serqa f’ħanut f’Birkirkara

Il-pjan ta’ żewġ ħallelin li jidħlu jisirqu minn ħanut li jinsab f’Birkirkara fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu sfaxxa fix-xejn hekk kif sid il-ħanut qam għall-ħabta tas-2:30 tas-Sibt filgħodu u nnota mis-sistema tas-sigurtà li għandu installata fuq il-mobile li żewġ ħallelin kienu qed jippruvaw jidħlu jisirqu fil-ħanut tiegħu.

Huwa immedjatament ċempel lill-pulizija li ftit tal-ħin wara għarrfuh li dawn iż-żewġ persuni ġew arrestati.

Fuq il-midja soċjali sid il-ħanut rringrazzja lill-pulizija li jaħdmu l-ħin kollu sabiex jipproteġu lill-kommunita tagħna.

Huwa appella biex wieħed jinvesti fis-sistema ta’ sigurtà tajba għaliex aħjar uff milli aħħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend