Il-familji ta’ persuni b’diżabilità bi sfidi minħabba l-COVID-19 – One News

Notifiki

Il-familji ta’ persuni b’diżabilità bi sfidi minħabba l-COVID-19

Il-familji ta’ persuni b’diżabilità qed jaffaċċjaw sfidi ġodda minħabba r-restrizzjonijiet li saru sabiex tonqos l-imxija tal-Covid-19.

F’intervista ma’ ONE News, il-kummisarju tal-kummissjoni għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, Oliver Scicluna tkellem dwar kif minħabba l-isfidi ġodda li din il-pandemija ġabet magħha, il-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom qed jaffaċjaw ruħhom ma’ sfidi oħra ma dawk li diġà għandhom.

Qal iżda li frott id-deċiżjonijiet gradwali li ttieħdu, pajjiżna qed jikkontrolla tajjeb l-imxija tal-virus.

Is-Sur Scicluna stqarr: “S’issa rnexxielu l-pajjiż iżomm kontroll tal-COVID-19 mingħajr ma jagħmel total lockdown. F’dan ir-rigward qed jagħti lok għal ċertu familji, li anki tkellmu miegħi, biex anki joħorġu lit-tfal tagħhom dawra bil-karozza. Li dik tagħmel ħafna ġid għal well being u mental health u wellbeing tagħhom  biex ikunu qed ibiddlu naqra l-environment tagħhom.”

Scicluna tkellem ukoll dwar kif l-awtorijiet qed jaħdmu qatigħ kontra l-pandemija fosthom b’miżuri għal dawk il-persuni b’diżabilità li waqfu jaħdmu għaliex huma meqjusa vulnerabbli u allura jeħtieġ jieħdu l-prekawzjonijiet minħabba l-imxija.

Is-Sur Scicluna appella sabiex jiżdied il-kuntatt li jsir mal-qraba ta’ persuni b’diżabilità.

Huwa sostna: “Naf li ġa qed jingħataw dik l-attenzjoni imma kelli ġenituri li tkellmu miegħi u mhux kullħadd qed jingħata dik l-attenzjoni u anki persuni b’diżabilità oħra jew il-familjari tagħhom li jkollhom bżonn ta’ assistenza u assistenza psikoloġika dik tingħatalhom ukoll.”

Scicluna appella illi jekk hemm reġistri tal-persuni b’diżabilità, l-awtoritajiet jistgħu jkunu pro-attivi u jagħmlu kommunikazzjoni magħhom sabiex jgħinu f’dan iż-żmien diffiċli.

Ikkonkluda li minħabba li m’hemmx ċertezza meta se nerġgħu lura għan normal, iktar kemm jgħaddi iż-żmien, il-frustrazzjonijiet u it-tbatijiet fost il-familji  b’persuni b’diżabilità iżjed jiżdiedu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend