Malta mal-aktar 20 pajjiż fid-dinja fejn hemm prosperità – One News

Notifiki

Malta mal-aktar 20 pajjiż fid-dinja fejn hemm prosperità

Indiċi li jkejlu l-prosperità madwar id-dinja poġġew lil Malta mal-aktar għoxrin pajjiż fid-dinja li ssaltan il-prosperità.

Pajjiżna ġie qabel pajjiżi bħal Belġju, Franza, Spanja, l-Italja u l-Emirati Għarab Magħquda.

L-ewwel żewġ pajjiżi li ddominaw din il-klassifika kienu dawk Skandinavi, jiġifieri d-Danimarka u n-Norveġja.

Pajjiżna dejjem tela’ postijiet f’dawn l-indiċi li jsiru ta’ kull sena minn istitut bl-isem ta’ legatum.

Fost l-oħrajn dan l-istitut iħares lejn diversi aspetti fosthom il-governanza, is-saħħa u s-sigurtà fil-pajjiż, il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-familji u l-libertà tal-espressjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend