Jinsteraq ħanut tal-mowbajls f’Birkirkara

Għall-ħabta tas-6:45, seħħet serqa f’ħanut tal-mowbajls fi Triq Mannarino, f’Birkirkara.

Minn stħarriġ preliminari li sar jidher li raġel, allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lil kaxxier li huwa raġel ta’ 20 sena li joqgħod Ħ’Attard.

Hekk kif ħa l-flus, il-ħalliel ħarab bil-pass minn fuq il-post. Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Astrid May Grima li ħatret Inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend