Il-Prim Ministru jsegwi mill-qrib lezzjoni online – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jsegwi mill-qrib lezzjoni online

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici segwa mill-qrib kif it-tagħlim tal-istudenti ta’ dan il-kulleġġ baqa’ għaddej permezz ta’ lezzjonijiet online li qed isiru f’dan iż-żmien ta’ sfida minħabba l-pandemija.

Flimkien mal-Prinċipal tal-Junior College, Paul Xuereb, il-Prim Ministru segwa waħda mill-lezzjonijiet fejn ukoll sellem lill-istudenti u segwa mill-viċin is-suġġetti mħejjija għal-lezzjoni tal-ġurnata.

Il-Prim Ministru Abela tkellem mal-istudenti dwar ideat ġodda li jistgħu jkomplu jtejbu is-sistema edukattiva f’pajjiżna kif ukoll dwar il-futur tal-istudenti wara l-imxija tal-Covid-19.

L-istudenti tkellmu wkoll b’ħeġġa rigward metodi li għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jitneħħew il-miżuri restrittivi preżenti.

Matul iż-żjara tiegħu Robert Abela ta ħajr lill-edukaturi u lill-istudenti u faħħar kif minkejja l-isfidi li qed naffaċċjaw bħalissa, minnha nħolqot opportunità innovattiva ta’ tagħlim virtwali.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici tenna li jinsab impenjat li din is-sistema ġdida ta’ tagħlim online titkompla anke wara li tgħaddi din il-pandemija.

Huwa żied jgħid li l-gvern jemmen ħafna fl-istituzzjonijiet post-sekondarji bħalma hi l-Junior College, għax jgħinu ħafna fl-iżvilupp u fil-maturità edukattiva tal-futur t’għada.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend