Spekulazzjonijiet dwar saħħet il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq – One News

Notifiki

Spekulazzjonijiet dwar saħħet il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq

Rapport fis-CNN qed jgħid li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un jinsab f’qagħda kritika wara li sarlu intervent mediku.

Is-CNN qed jirrapporta li din l-informazzjoni nkisbet minn sorsi qrib l-intelliġenza Amerikana li saħansitra qed jgħidu l-mexxej Korean ilu ma jattendi ċelebrazzjonijiet uffiċċjali u dan juri li ma jinsabx fi stat tajjeb ta’ saħħa.

Filwaqt li rapporti minn uffiċjali tal-Gvern tal-Korea ta’ Fuq ċaħdu dawn l-ispekulazzjonijiet dwar saħħet il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un.

Fl-imgħoddi Kim Jong Un kien sofra attakk tal-qalb.

Ritratt: Reuters

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend