Mart Kobe Bryant tiftaħ kawża kontra s-sidien tal-helikopter li fih tilfu ħajjithom żewġha u bintha – One News

Notifiki

Mart Kobe Bryant tiftaħ kawża kontra s-sidien tal-helikopter li fih tilfu ħajjithom żewġha u bintha

Il-membri tal-familja fosthom mart l-istilla tal-Basketball Kobe Bryant fetħu kawża ta’ mewt inġusta kontra s-sid u l-operaturi tal-helikopter li ġġarraf f’Jannar li għadda.

Fi Frar li għadda uffiċjali kienu tennew li dan l-istess helikopter ma kienx liċenzjat sabiex jitajjar fiċ-ċpar.

Din it-traġedja ħasdet il-ħajja ta’ Bryant ta’ 41 sena u bintu Gianna ta’ 13-il sena flimkien ma’ sebgħa oħra inkluż il-pilota.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend