Il-parata l-kbira tal-iscouts saret b’mod virtwali – One News

Notifiki

 Il-parata l-kbira tal-iscouts saret b’mod virtwali

Ta’ kull sena tiġi organizzata l-Parata Annwali li kienu jieħdu sehem fiha eluf ta’ membri tal-iscouts minn madwar il-gżejjer Maltin li kien jimmarċjaw madwar it-toroq tal-Belt. Din is-sena minħabba l-miżuri li qed jittieħdu kontra t-tixrid tal-Coronavirus, din il-parata saret b’mod virtwali.

Dan kien l-ewwel attività tal-massa li sar virtwalment f’pajjiż. Fih ħadu sehem madwar 40 leader minn 40 grupp differenti tal-iscouts. Huma ħadu sehem permezz ta’ video-call li xxandret fuq Facebook u beda fil-11:00 ta’ filgħodu tal-Ħadd li għadda.

F’din l-attività l-membri tal-iscouts ġeddew l-wegħdiet tal-iscouts u ħeġġew lill-membri kollha tal-iscouts biex jibqgħu d-dar.

Wieħed jista’ jsegwi din  l-attività fuq:

https://www.facebook.com/MaltaScouts/videos/1840817532719419/

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend