Destiny fit-tielet post f’festival bil-kantanti li kellhom imorru għall-Eurovision – One News

Notifiki

Destiny fit-tielet post f’festival bil-kantanti li kellhom imorru għall-Eurovision

Il-Kantanta Maltija Destiny Chukunyere lbieraħ filgħaxija kklassifikat fit-tielet post bil-kanzunetta ‘All of My Love’ f’festival li sar fuq it-televiżjoni fl-Awstrija li saret fi 3 serati.

F’kull serata kienu jikkompetu l-kanzunetti li kienu se jipparteċipaw fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena li tħassar minħabba t-tixrid tal-Coronavirus.

Destiny rebħet it-tieni serata u għalhekk ikkompettiet fis-serata finali li saret ma’ żewġ finalisti oħra fejn irnexxielha tikseb it-tielet post.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend