Notifiki

Delia jkompli joħroġ għonqu għal Azzopardi

Il-Ħadd filgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ħareġ jattakka lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u kompla jiddefendi lill-kelliem tiegħu għall-ġustizzja, Jason Azzopardi.

Delia reġa’ ħareġ għonqu għal Jason Azzopardi li fetaħ kwerela kontra l-Prim Ministru, il-Brigadier Jeffrey Curmi u ħdax-il membru tal-ekwipaġġ tal-patrol boat P52 tal-armata.

Il-kwerela tal-Oppożizzjoni takkuża lill-Prim Ministru u lis-suldati bi qtil volontarju ta’ immigranti, b’piena li ġġorr magħha għomor il-ħabs.

Fuq l-istazzjon tiegħu, il-Ħadd filgħodu, Delia reġa’ rrepeta l-akkuża kontra l-Armata.

Delia sostna: “Issa jekk hux il-Brigadier, fuq nett, il-Brigadier fuq nett jew inkella hux suldat wieħed jew tnejn jew mija illi għamlu ħażin allura m tinvestigahomx?”

B’Delia kompla jiddefendi lil Jason Azzopardi li qal li għandu dritt juża mezzi legali sabiex jitfa’ suldati l-ħabs.

Huwa kompla jgħid: “Ilbieraħ lura għax s-soċjetà ċivili għamlet azzjoni.” “Le, is-soċjetà ċivili hija soċjetà ċivili, għandħa dritt tagħmel.”

Adrian Delia ħareġ jiddefendi lil Azzopardi għall-ewwel darba s-Sibt filgħaxija.

Huwa stqarr: “L-avukat Azzopardi aġixxa biss bħala avukat fil-qadi tad-doveri professjonali tiegħu.”

Fid-diskors tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni attakka wkoll lil Prim Ministru.

Huwa sostna: “Il-Prim Ministru lbieraħ prova jilgħab bis-sentimenti tan-nies.”

Intant m’għaddiex wisq ħin mid-difiża ta’ Delia għad-deputat tiegħu.

Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, Jason Azzopardi ħareġ jirringrazzja lil Adrian Delia talli ddefendieh.

Jason Azzopardi rringrazzja lil Delia li appoġġjah wara li fetaħ kwerela kontra l-Prim Ministru, il-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta u ħdax-il membru tal-armata.

Huwa rringrazzja wkoll lil grupp parlamentari Nazzjonalista.

Min-naħa tiegħu l-Partit Laburista qal li għal darb’oħra l-Ħadd filgħodu il-Kap tal-Oppożizzjoni mhux biss iddefenda lil Jason Azzopardi li huwa ċar li qed iżomm il-Kap tiegħu ostaġġ, iżda bil-persistenza li ma jikkundannax dan l-aġir li jrid jitfa’ l-ħabs lil membri tal-Armata  li salvaw tant nies u l-Prim Ministru li qed jiddeċiedi favur l-interessi ta’ Malta u l-Maltin, qed jagħmel tiegħu wkoll din il-logħba politika maħmuġa.

“Ironikament din il-kundanna lil membri tal-Forzi Armati ta’ Malta ġiet f’ġurnata fejn mezzi tax-xandir irrapportaw kif il-Forzi Armati li Delia u Azzopardi jridu jitfgħu l-ħabs, salvaw aktar minn tlettax-il elf ruħ minn fuq il-baħar mill-elfejn u tlettax ‘l hawn”, qal il-Partit Laburista.

“Din il-kwistjoni mhux se tifred l-Oppożizzjoni għax l-Oppożizzjoni ilha mifruda, jekk xejn din il-kwistjoni kkonfermat kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandu l-ebda idea u jitkellem biss skont dak li jgħidulu d-deputati li jġebbdu l-iżjed il-ġlekk tiegħu”, żied jgħid il-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend