L-MUT laqgħet il-ftehim bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-iskejjel indipendenti – One News

Notifiki

L-MUT laqgħet il-ftehim bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-iskejjel indipendenti

L-MUT laqgħet b’sodisfazzjon il-ftehim milħuq bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Independenti (ISA) dwar l-għajnuna mill-Gvern lill-iskejjel indipendenti u l-familji li wliedhom jattendu f’dawn l-iskejjel.

Fi stqarrija l-Union tal-Għalliema qalet li kienet qed issegwi dawn l-iżviluppi mill-qrib matul l-aħħar ġimgħat, tirrikonoxxi l-impenn tal-Gvern favur dan is-settur u l-edukaturi fl-iskejjel indipendenti filwaqt li tfaħħar l-għaqal tal-mexxejja tal-iskejjel indipendenti rappreżentati mill-ISA matul id-diskussjonijiet li kienu impenjattivi ferm.

Aqra wkoll:

Il-Gvern jintervjeni biex isostni ‘l fuq minn 2,100 impieg f’childcare centres u skejjel privati

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend