Jitqajmu dubji dwar testijiet tal-immunità kontra l-Coronavirus fl-Ingilterra

It-tama li testijiet tal-antibodies jistgħu ikunu raġġ ta’ dawl għar-Renju Unit sfaxxaw fix-xejn hekk kif l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa qajjmet id-dubji dwar jekk dawn it-testijiet jiggarantixxux l-immunità kontra l-Coronavirus.

Ir-Renju Unit daħħal it-testijiet imsemmija – li jiċċekkjaw jekk persuna hix infettata bil-virus – fil-pjan biex jirkupraw mill-pandemija. Madanakollu, esperti qalu illi dawn it-testijiet mhux neċessarjament jindikaw jekk persuna hix protetta milli terġa’ tkun infettata. Id-Direttur għas-Saħħa Pubblika Ingliż, il-Professur John Newton wissa lill-pubbliku Ingliż biex ma jixtrix testijiet privati qabel ma jkun hawn test approvat.

Il-Gvern Ingliż ħallas għal madwar tliet miljun u nofs test tal-antibodies, iżda għad ma nstabx test li huwa affidabbli biżżejjed, filwaqt li saħaq illi mhux se japprova li jibda jintuża xi tip ta’ test qabel ma jkun żgurat li jwassal għal riżultati konkreti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend