Il-Prim Ministru jżur iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jżur iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid

Il-Prim Ministru Malti, Robert Abela, żar iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u kien akkumpanjat mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne.

Dr Abela tkellem ma’ diversi ħaddiema fi ħdan il-qasam tas-Saħħa b’mod speċjali dawk li jaħdmu fil-kura primarja ta’ lokalitajiet diversi.

Hu saħaq li dawn il-ħaddiema qegħdin sagrifiċċju liema bħalu sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu lil dan il-virus li ħakem lill-pajjiżna.

Għal din ir-raġuni, il-Prim Ministru stqarr li għandna nirrikonoxxu dan ix-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu ta’ kuljum.

Huwa rringrazzja lil dawn il-ħaddiema ta’ xogħolhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ix-xogħol ta’ dawn in-nies dejjem għandu jkun apprezzat. Proset Prim. Napprezza ħafna wkoll li l-Prim Ministru sa fejn naf jien jikteb dejjem bil-Malti il-messaġġi tiegħu. Suppost huwa ovvju imma ħafna ma’ jagħmlux hekk!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend