ARA: Kif ajruplan sar ħuġġieġa f’temp ta’ ftit sekondi fir-Russja – One News

Notifiki

ARA: Kif ajruplan sar ħuġġieġa f’temp ta’ ftit sekondi fir-Russja

F’Mejju tal-2019, ajruplan Russu ntlaqat minn sajjetta u kkraxxja waqt l-inżul bil-konsegwenza li mietu 41 persuna.

Filmati ġodda li ġew elevati juru l-mument li l-ajruplan skiddja u maħnuq min-nirien tant li diversi passiġġieri ħarbu jiġru l-bogħod mix-xena hekk kif infetħu l-bibien tal-ajruplan.

L-ajruplan Aeroflot Sukhoi Superjet 100 niżel fl-ajruport internazzjonali ta’ Sheremetyevo f’Moska fil-5 ta’ Mejju u f’Diċembru l-kaptan tal-ajruplan Denis Evdokimov kien mixli li kiser regoli tas-sigurtà li jirrelataw ma’ trasport tal-arja li rriżultaw min-negliġenza.

Il-kumitat investigattic Russu kkonkluda li n-nuqqas ta’ professjonaliżmu min-naħa tal-bdot wassal biex l-ajruplan ħa n-nar b’konsegwenza li sofrew telfa ta’ 23 miljun dollaru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend