F’Wuhan: Jingħalaq sptar hekk kif jinħarġu l-aħħar pazjenti – One News

Notifiki

F’Wuhan: Jingħalaq sptar hekk kif jinħarġu l-aħħar pazjenti

Wieħed mill-isptarijiet fil-belt ta’ Wuhan, iċ-Ċina li nbena f’perjodu qasir minħabba l-Coronavirus għalaq il-bibien tiegħu hekk kif l-aħħar pazjenti li kien fadal ġew rilaxxati u ttieħdu f’faċilità oħra. 

Dan l-isptar kien nbena temporanjament sabiex tikkura pazjenti li għandhom il-Coronavirus u tlesta f’inqas minn ġimagħtejn.

Minkejja li issa m’hemmx bżonnu, dan l-isptar mhux ser jitwaqqa’ għalissa f’każ li jerġa jkun hemm bżonnu fil-futur qarib.

Il-President tal-Isptar Wang Xinhuan qal li dan kien l-aktar punt kruċjali fejn l-ammont ta’ pazjenti issa niżlu għal żero.

Dan l-isptar dam jopera għal aktar minn xahrejn u raw madwar 2,000 pazjent. Fejn 45% minnhom kienu meqjusa bħala każijiet serji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend