Entità nazzjonali favur l-integrità fl-isport – One News

Notifiki

Entità nazzjonali favur l-integrità fl-isport

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima, fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew iddedikat għall-Integrità fl-Isport, ħabbar kif Malta qiegħda taħdem sabiex ikollha entità ddedikata għall-integrità fl-isport.

Is-Segretarju Parlamentari Grima saħaq dwar kif il-pedamenti ta’ din l-entità se jkunu mibnija fuq it-tliet prinċipji bażiċi; il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isport, il-ġlieda kontra d-doping fl-isport, u l-ħidma sabiex ikun hemm governanza tajba fl-isport.

Is-Segretarju Parlamentari fakkar li diġà sar xogħol f’dan is-settur meta ġiet emendata l-Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport, li kienet ilha hemmhekk mill-1976. Din qed isservi bħala għodda għall-awtoritajiet sabiex jaffaċċjaw ir-realtajiet preżenti, kemm lokali u anke internazzjonali.

“Malta, huwa pajjiż firmatarju tal-konvenzjoni Ewropea dwar id-doping, u allura jrid jimxi mar-regolamenti u l-kodiċi tal-WADA (World Anti-Doping Agency) li se jkunu mġedda fl-2021, u allura rridu naraw li f’pajjiżna jkollna proprju mekkaniżmi legali u amministrattivi li jippermettulna li nħarsu l-obbligi tagħna”, saħaq Clifton Grima.

Fl-aħħar nett, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima rringrazzja lil dawk kollha li qegħdin jaħdmu sabiex jassiguraw li l-integrità fl-isport f’pajjiżna tiġi ppreservata.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend