L-Aġenzija tal-Bini u l-Kostruzzjoni isiġillat sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Manoel de Vilhena fil-Gżira għax ma kienx konformi mar-regolamenti.
Fi stqarrija l-Aġenzija qalet li talbet lill-Pulizija sabiex jibdew proċeduri kriminali fil-konfront tal-iżviluppatur, il-maniġer tas-sit u l-periti tal-proġett minħabba li allegatament ma ġewx sottometti dokumenti rikjesti qabel ma nbdew ix-xogħlijiet, informazzjoni mhux korretta fin-notifika tas-sit u xogħlijiet li baqgħu għaddejjin wara l-ħinijiet permessi.
L-Aġenzija qalet ukoll li fis-sit ma kienx hemm l-ebda lqugħ u li fid-9 ta’ April uffiċjali tal-Aġenzija marru fuq is-sit biex iwaqqfu x-xogħlijiet.