Imut l-eks plejer internazzjonali Malti Tony Cauchi – One News

Notifiki

Imut l-eks plejer internazzjonali Malti Tony Cauchi

Il-kommunità tal-futbol Maltija tinsab f’nieket hekk kif l-eks plejer internazzjonali Malti Tony Cauchi miet fl-għomor ta’ 84 sena.

L-eks plejer internazzjonali Malti lagħab l-ewwel logħba internazzjonali fl-Empire Stadium fl-24 ta’ Frar 1957 u dakinhar skurja l-ewwel gowl għat-tim Malti. Dakinhar pajjiżna tilef bl-iskor ta’ 3-2.

Cauchi lagħab għal 15-il staġun mat-tim ta’ Floriana fejn skorja 175 gowl f’226 il-logħba. Ma’ Floriana huwa rebaħ erba’ kampjonati, sitt FA Trophies, il-Cassar Cup, l-Independence Cup u tliet darbiet ix-Scicluna Cup.

Wara li rtira huwa mexxa lil Lija Athletic, Qormi, Rabat Ajax, Mosta, Żejtun Corinthians, Naxxar Lions, Marsaxlokk u Żebbuġ Rangers.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend