Tnejn min-nies ħasbu li fl-għodwa tal-Għid il-Kbir jagħtu kunċert qasir f’San Pawl il-Baħar.
Ir-residenti ta’ Wesgħa Mary Zarb u t-toroq tal-madwar, mill-kumdità ta’ darhom setgħu jsegwu din il-ħaġa mhux tas-soltu u jisimgħu wħud mill-iktar diski popolari mal-Maltin.
Il-messaġġ ta’ dawn iż-żewġ mużiċisti kien wieħed, ibqa’ d-dar.
Ir-residenti f’din il-parti ta’ San Pawl il-Baħar esprimew s-sorpriża li ħadu hekk kif is-soltu din iż-żona residenzjali tkun kwieta fil-jum tal-Ħadd.