Imniedi helpline 24/7 għas-saħħa mentali matul l-imxija tal-Coronavirus – One News

Notifiki

Imniedi helpline 24/7 għas-saħħa mentali matul l-imxija tal-Coronavirus

Tnieda l-helpine 1770, li se jipprovdi għajnuna u appoġġ 24 siegħa kuljum  lil persuni li jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali f’dan iż-żmien. Dan sar b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Fondazzjoni Richmond.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni, Stephanie Dimech Sant, spjegat li f’sitwazzjoni bħal din hija normali li persuni li diġà jsofru minn kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali bħall-ansjetà jew dipressjoni, jesperjenzaw żieda f’dawn l-emozzjonijiet.

Hija spjegat: “Huwa normali li nħossu żieda fl-ansjetà jew dipressjoni jek diġà jbatu bihom, u jkollna numru ta’ nies li jċemplu għall-għajnuna. Is-sitwazzjoni tal-Coronavirus ħolqot sitwazzjoni fejn kulħadd qed jesperjenza mod ta’ ħajja ġdid.”

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne fisser l-importanza li wieħed ikun konxju tal-fatt li fi żminijiet bħal dawn, anke dawk li qatt ma esperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali jafu jiġu bżonn dan is-servizz. Hawnhekk ħeġġeġ biex dak li jkun juża dan is-servizz li se jkun qed jitmexxa minn numru ta’ professjonisti, filwaqt li appella wkoll biex dawk li diġà huma kunxji tal-kundizzjonijiet tagħhom iżommu kuntatt regolari mal-esperti.

Id-Deputat Prim Ministru: “Miftuħ 24 siegħa kuljum, biex persuni minflok iżommuha għalihom, iċemplu, għandna ‘l fuq minn 30 professjonist li se jmexxi t-telefonati, u nkunu nistgħu ngħinuhom, insibu soluzzjoni jew nirreferuh għand professjonist li jkun jista’ jgħinu aktar fid-dettall.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend