Tiftaħx il-bieb jekk ma tkunx tlabt l-għajnuna inti – Appell lill-anzjani – One News

Notifiki

Tiftaħx il-bieb jekk ma tkunx tlabt l-għajnuna inti – Appell lill-anzjani

Huma biss persuni awtorizzati mid-dipartiment tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità li qegħdin jgħinu lill-anzjani fil-ħtiġijiet tagħhom sabiex ma joħorġux mid-dar iżda irid ikun l-anzjan li jċempel lid-dipartiment u jgħid li għandu bżonn jibbenefika minn xi servizz.

Bil-persuni awtorizzati irid ikollhom identifikazzjoni jew karta awtorizzata mid-dipartiment.

Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità Renzo Degabriele wara rapport li persuni mhux awtorizzati qegħdin imorru iħabbtu lill-anzjani.

“Mill-helpers tad-dipartiment ħadd mhu qed imur għand l-anzjani biex jgħinhom. L-anzjan irid jaghmel kuntatt u magħna.” Stqarr Degabriele.

S’issa elf u ħames mitt anzjan ibbenefikaw mis-servizzi offruti fosthom xiri ta’ prodotti tal-merċa, ikel sħun miġjub f’darhom jew inkella twassil tal-mediċina.

Is-Sur Degabriele saħaq, “Min m’għandux għajnuna tal-qraba jew nixtrulhom xi xirja jew ikla tal-meals on wheels jew inkella niġbrulhom xi mediċina.”

Anzjani li jkollhom bżonn l-għajnuna jistgħu jċemplu fuq 25903030.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend