Mina ġdida li ser tiffaċilita vjaġġar bil-mixi u r-roti fil-junction tal-Marsa – One News

Notifiki

Mina ġdida li ser tiffaċilita vjaġġar bil-mixi u r-roti fil-junction tal-Marsa

L-entità Infrastruttura Malta ħabbret li ser iżżid mina ġdida parti mill-proġett tal-junction tal-Marsa sal-aħħar ta’ din is-sena biex tiffaċilita l-ivjaġġar bil-mixi u r-roti.

Din il-mina twila għaxar metri se tagħti aċċess aħjar biex Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, Santa Luċija, il-Marsa u Ħal Qormi

Il-mina ser tinfetaħ flimkien ma’ aktar minn kilometru ta’ korsiji għar-roti li Infrastruttura Malta qiegħda tibni bħala parti mill-istess proġett.

L-investiment ta’ sebgħin miljun ewro għall-junction ser ikopru wkoll bankini ġodda u pontijiet għall-mixi flimkien ma’ korsiji għall-karozzi tal-linja u żoni ta’ park and ride.

Mifrudin mit-triq ser ikun hemm passaġġi għar-roti li ser ikunu msebbħin bis-siġar, pjanti u xogħolijiet artistiċi.

Dan il-proġett intlaqa’ b’mod tajjeb mill-grupp li jippromovi l-użu tar-roti.

Matthew Farrugia minn ħdan il-Bicycle Advocacy Group saħaq, “Kienet waħda mill-iktar issues li konna qed nagħmlu pressjoni fuqha minħabba li ma kienx ikun hemm aċċess daqshekk sigur u daqshekk konvenjenti għal dawk li riedu jivjaġġaw bir-rota u għaldaqstant issa l-fatt illi nstabet soluzzjoni ntlaqgħet ħafna tajba mill-għaqda tagħna u mill-membri tagħna u anki min-nies oħra illi jixtiequ ‘l quddiem jivjaġġaw bir-rota.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend