Ikkundannat 6 xhur wara li kien imfittex mill-pulizija – One News

Notifiki

Ikkundannat 6 xhur wara li kien imfittex mill-pulizija

Tyson Bugeja ta’ 24 sena mill-Birgu ġie kkundanat 6 xhur ħabs wara li ammetta li kiser il-libertà proviżorja.

Bugeja kien ilu jiġi mfittex mill-pulizija għal aktar minn xahar għax ma kienx qed jiffirma fl-għassa tal-pulizija kif ordnat mill-qorti fit-tlett każi oħra.

F’Novembru 2018 kien tressaq il-qorti flimkien ma’ 4 suspettati oħra akkużat li attakka lil Liam Debono li qed jiġi akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Simon Schembri waqt li kien qed jaqdi d-dmir tiegħu bħala pulizija.

F’Jannar 2019, Bugeja reġa ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li allegatament għamel ħsara fuq il-karozza tal-eks tfajla tiegħu. Tlett xhur wara reġa ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien vjolenti barra d-dar tal-eks tfajla tiegħu.

Bugeja tilef il-pledge ta’ kważi ħmistax-il elf ewro.

Il-qorti sabitu ħati u ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs.

Għall-akkużat deher l-avukat Mario Mifsud.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend