Estiża s-sejħa biex barranin ikunu ripatrijati – One News

Notifiki

Estiża s-sejħa biex barranin ikunu ripatrijati

Il-gvern se jkun qed jestendi s-sejħa biex ċittadini barranin ikunu ripatrijati lura lejn pajjiżhom permezz ta’ titjiriet sussidjati.

Ħabbar dan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fi stqarrija fejn spjega kif fil-ġimgħat li għaddew Malta għenet biex tirripatrija residenti u turisti li riedu jmorru lura lejn l-Italja, Spanja, Franza il-Ġermanja u l-Iżvizzera.

Issa ċ-ċittadini kollha tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk ta’ pajjiżi oħra se jkunu eleġibbli.

Jistgħu japplikaw ukoll barranin li m’humiex fil-pussess ta’ dokument ta’ residenza.

Dawk interesssati li jagħmlu użu minn wieħed minn dawn it-titjiriet għandhom jirreġistraw l-interess tagħhom fuq is-sit tal-Ministeru tal-affarijiet barranin sal-Ħadd 19 ta’ April.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend