Anzjan ta’ 79 sena miet wara li kien infettat bil-Coronavirus. Dan ħabbru l-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija kmieni l-Ħamis filgħodu. B’hekk dan huwa t-tieni vittma tal-COVID-19 f’pajjiżna.
L-anzjan, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Karin Grech, kellu diversi kumplikazzjonijiet tas-saħħa.
Huwa ġie ttestjat għal-COVID-19 fis-6 ta’ April wara li żviluppalu d-deni u nstab pożittiv.
L-anzjan miet fl-Isptar Karin Grech matul il-lejl.
Il-Ministeru għas-Saħħa esprima l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan u mill-ġdid appella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa għaliex b’hekk biss nistgħu nipproteġġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.