Raġel li għandu 59 sena u joqgħod tas-Sliema ttieħed l-isptar wara ħabta bejn trakk u karozza.
Il-ħabta seħħet fil-10:45am fi Triq Ħal Farruġ fil-limiti tal-Imqabba.
It-trakk tat-tip IVECO kien misjuq minn raġel ta’ 58 sena li joqgħod Ħal Luqa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel li kien qed isuq il-karozza tat-tip Toyota Vitz iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Fuq ix-xena kien hemm ukoll membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif ir-raġel li kien qed isuq il-karozza kellu bżonn l-għajnuna biex jinħareġ mill-karozza.
Jidher li t-triq kienet magħluqa miż-żewġ naħat għal xi ħin.