Persuna teħel €3000 talli kisret kwarantina obbligatorja u 4 jeħlu multa ta’ €100 għaliex kienu fi grupp – One News

Notifiki

Persuna teħel €3000 talli kisret kwarantina obbligatorja u 4 jeħlu multa ta’ €100 għaliex kienu fi grupp

Fl-aħħar 24 siegħa persuna nqabdet tikser il-liġi tal-kwarantina obbligatorja u b’hekk ġiet mmultata €3,000.

Tul dawn l-aħħar 24 siegħa saru 239 spezzjoni madwar Malta u Għawdex.

Intant, 4 persuni ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li qed jagħmlu l-Pulizija biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn tliet persuni f’daqqa f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *