Ħdax-il persuna oħra f’Malta jfiequ mill-Coronavirus – One News

Notifiki

Ħdax-il persuna oħra f’Malta jfiequ mill-Coronavirus

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li llum fiequ ħdax-il persuna oħra mill-Coronavirus.

Dawn il-persuni li fiequ  se jinżammu kwarantina biex jibqa’ jiġi assigurat li huma ħielsa minn dan il-virus.

Huma ġew iddikjarati li fiequ wara li rriżultaw fin-negattiv għat-testijiet tal-COVID-19.

Chris Fearne ħabbar il-fejqan tal-ħdax-il persuna fuq ix-Xandir Nazzjonali, wara li ftit tal-ħin qabel b’dieqa ħabbar l-ewwel mewt ta’ persuna bil-Coronvirus f’pajjiżna.

Issa n-numru ta’ persuni mfejqa tela’ għal sittax-il persuna.

Il-Ministru qal ukoll li żewġ pazjenti oħra ddaħħlu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva b’kundizzjoni serja kawża tal-COVID-19.

Intant, il-Kap tat-Taqsima tal-Kura Intensiva semma wkoll li 6 minn 8 pazjenti li kienu fl-ITU ħarġu minn din it-taqsima wara li wieġbu tajjeb għall-kura li ngħataw.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend