Il-finalist Olimpiku Donato Sabia tilef il-battalja tiegħu kontra l-Coronavirus.
Sabia miet fl-età ta’ 56 u għal darbtejn kien finalist tal-kompetizzjoni tat-800 metru.
Hu kien fil-kura intensiva tal-isptar San Carlo f’Potenza, belt fir-reġjun ta’ Basilicata fin-Nofsinhar tal-Italja.
L-atleta għamel biss ftit jiem fil-Kura Intensiva qabel miet.
Sabia miet ftit jiem wara li l-istess pandemija ħasdet ħajjet missieru.
Diversi atleti Maltin sellmu l-memorja tiegħu fuq is-sit soċjali ta’ Facebook. Fosthom, Xandru Grech li esprima d-dieqa tiegħu għal din it-telfa. Grech stqarr li Sabia kien atleta eċċezzjonali però fuq kollox, kien wieħed mill-aqwa bnedmin li qatt iltaqa’ miegħu.