Żjarat Virtwali: Is-siti ta’ Heritage Malta issa online – One News

Notifiki

Żjarat Virtwali: Is-siti ta’ Heritage Malta issa online

Bis-siti storiċi magħluqa wkoll minħabba l-imxija tal-Coronavirus, Heritage Malta ħasbet li toffri esperjenzi virtwali għal ‘il fuq minn tlieta u ħamsin sit.

Is-sit elettroniku ta’ Heritage Malta għadu kemm ġie aġġornat sabiex joffri esperjenzi mfassla għaċ-ċirkostanzi preżenti u biex tagħmilha possibli għan-nies biex jibqgħu jifhmu u jissaħħru wara l-istorja ta’ pajjiżna.

Is-sit elettroniku joffri mixja fil-Palazz tal-Granmastru kif ukoll mawra fil-katakombi tal-Bistra fil-Mosta.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zarb, stqarr magħna li permezz ta’ din l-inizjattiva l-familja li jkunu ġewwa jistgħu jużaw il-ħin tagħhom biex jaraw dawn il-mużewijiet mill-kumdità ta’ djarhom.

Huwa spjega: “Iddeċidejna li nagħmlu revamp sħiħa tal-website ħalli noffru servizzi online lil kull min iżurha. Għadna servizzi għat-tfal tal-iskola, għadna kotba ta ħidma li soltu jużawhom it-tfal x’ ħin jiġu jżuruna.”

Fuq is-sit elettroniku , fis-sezzjoni Mużewijiet u Siti, wieħed jista’ jsib gwidi virtwali, informazzjoni u ritratti tas-sit li jkun magħżul.

B’hekk in-nies jistgħu jgawdu minn esperjenza mill-aktar realistika tas-siti bla ma jkunu żaru s-sit fiżikament.

Is-Sur Zarb sostna li f’dan iż-żmien partikolari, Heritage Malta qed tibqa’ toffri servizz lil dawk li għandhom għal qalbhom l-istorja.

Huwa sostna: “Aħna ħadna l-opportunità biex nagħmlu xogħol li soltu ma nkunux nistgħu nagħmluh b’mod komdu, b’mod effiċjenti biex ngħid hekk minħabba li kien ikollna l-visitors. Issa nistgħu nagħmlu dan ix-xogħol li huwa importanti.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend