Whatsapp jagħmel restrizzjonijiet stretti fuq ‘fowarded messages’ – One News

Notifiki

Whatsapp jagħmel restrizzjonijiet stretti fuq ‘fowarded messages’

L-applikazzjoni Whatsapp tefgħet restrizzjonijiet stretti fuq messaġġi li jiġu mxerrda msejħa bħala ‘forwarded messages’ dan bil-għan li twaqqaf miżinformazzjoni jew aħbarijiet foloz relatati mal-Coronavirus. 

Bis-seħħ mill-lum, messaġġi li l-applikazzjoni taħseb li huwa meqjusa bħala ‘forwarded messages’ ser jkunu jistgħu jiġu mxerrda b’limitazzjoni ta’ darba biss għal kull konversazzjoni.

“Frequent forwards” huma messaġġi li jkunu ġew mxerrda ħames darbiet u jkunu mmarkati b’żewġ vleġġeġ sabiex juru li mhumiex l-oriġinali.

Din mhix l-ewwel darba li Whatsapp tefgħet restrizzjonijiet ta’ din ix-xorta. L-aħħar li seħħet kienet fl-2018 fl-Indja fejn eventwalment ġiet imposta fil-kumplament tad-dinja sitt xhur wara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend