“Kulħadd huwa ndaqs u l-mard ma jagħmilx distinzjoni” – il-Prim Ministru – One News

Notifiki

“Kulħadd huwa ndaqs u l-mard ma jagħmilx distinzjoni” – il-Prim Ministru


Minn dan il-perjodu negattiv li għaddejjin minnu bħalissa, toħroġ lezzjoni għall-futur, li kulħadd huwa ndaqs.

Kliem il-Prim Ministru Robert Abela meta fil-programm Pjazza, qal li aħna lkoll bnedmin u li l-mard ma jagħmilx distinzjoni.

Il-Prim Ministru spjega: “Kollha bnedmin u f’dal-perjodu negattiv irrealizzajna li fil-ħajja kulħadd indaqs. Il-mard jolqot lil kulħadd. M’għandna qatt ninsew din il-lezzjoni tant importanti li ħadd mhu iktar minn ħaddieħor. Kulħadd huwa ndaqs, irrispettivament minn kemm għandek flus, irrispettivament mill-isfond soċjali. Dan huwa l-kunċett tal-ugwaljanza, li kulħadd huwa l-istess.”

Il-Prim Ministru qal li deħlin fi ġranet fejn kulħadd għandu jħoss sens ta’ responsabbiltà. Qal li anki hu qed iħoss il-piż imma l-poplu għandu fiduċja fl-awtoritajiet Maltin u dik hija xi ħaġa li timlih b’kuraġġ.

Huwa sostna: “Faċli tkun viċin in-nies fi żmien tajjeb u pożittiv. Ilbieraħ filgħaxija żort lill-forzi tal-ordni. Bħalissa kulħadd iħares lejn il-politiċi, imma huma dawn in-nies li tant qed jaħdmu għal pajjiżna. Dan hu l-mument li jiddefinixxi kemm aħna poplu kbir. Kemm jien kburi bil-forzi tal-ordni.”

Il-Prim Ministru qal li qed ngħixu żmien meta l-isforz ta’ kulħadd huwa ugwali. Qal li jinsab kalm għaliex il-pajjiż kien imħejji. Spjega li n-numri tat-Tlieta kienu antiċipati, id-domanda kienet meta se tiġri.

Filwaqt li jaċċetta kull kritika, Dr Abela esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt li f’mument tant sensittiv ikun hemm min jipprova jikseb punti politiċi. Saħaq li l-avviżi legali kollha li ħarġu fl-aħħar jiem, kienu ffirmati minnu, mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci. Qal li dejjem ħadmu flimkien u dejjem ħarġu b’verżjonijiet li qablu dwarhom.

Il-Prim Ministru kompla jgħid: “Li tipprova tirkeb fuq is-sens ta’ biżà tal-poplu f’dan iż-żmien tant delikat hija xi ħaġa li ma tistax tinħafer u tweġġagħni ħafna. Affarijiet li ma jaqblu xejn f’dan il-mument ta’ għaqda fejn kulħadd qed jiġbed ħabel wieħed. Nagħmel dan l-appell lill-Partit Nazzjonalista, bla ma naqa’ fin-nassa partiġġjana – ejja ħa nkunu flimkien.”

Dwar l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern, il-Prim Ministru qal li sa mumenti qabel attenda għall-programm, kien qed jiddiskuti aktar miżuri biex jgħinu lin-negozji u l-ħaddiema ta’ pajjiżna.

Qal li qed ngħixu pandemija li mhux se tħalli biss effett mediku imma wkoll efuq l-ekonomija u l-industriji.

“Il-priorità tibqa’ s-saħħa imma nħares lejn dak il-mument fejn il-Gvern juri xi jsarraf. Aħna Gvern magħruf kemm il-qgħad inġibuh fix-xejn. Ilqajna għall-isfidi b’mod responsabbli u nuru xi nsarrfu fit-tisħiħ tal-ekonomija u t-tkattir tal-impjiegi.”

Il-Prim Ministru qal li jinsab kburi bil-poplu Malti li wieġeb b’mod responsabbli u reġà appella li dawn huma jiem ta’ sagrifiċċji iebsa, u qal li jekk il-poplu mhux se jkun dixxiplinat, il-Gvern se jkollu jżid il-miżuri.

Il-Prim Ministru saħaq: “Żmien aħjar se jiġi żgur. Dik hija l-unika ħaġa li nista’ ngħid b’ċertezza. Kemm idum ma jiġi jiddependi min-nies. Ejja ħa nkunu flimkien f’das-sagrifiċċji. Responsabbiltà kollettiva li rridu nerfgħuha bħala poplu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Onor. Prim Ministru, ir-rispett lejn l-awtorità tiegħek kienet kbira biss fl-aħħar jiem din naqset ħafna. Kieku tomgħod dak li tgħid u ma tħeġġix in-nies biex joħorġu l-mixja tkun iktar kredibli. Jekk m’hemmx għalfejn toħroġ m’għandekx toħroġ qalulna tas-Saħħa u inti għal xi raġuni tfajtilha z-zokkor u għidtilhom tistgħu. Il-wieħed li għandu jistħi huwa int. M’iniex ħa niġbed ħabel wieħed ma dak li qiegħed kull darba tgħid u li anke t-Torċa kwotat fuq il-paġna facebook. Jien nagħżel li nipponta subgħajja lejk għal kull persuna li tinfetta ruħha frott il-ħruġ fil-vojt u mhux b’raġuni valida li mhux l-eżerċizzju fiżiku fil-kampanja u t-tracking u l-picnics. Nifhem li dan mhux ser ixxandruh fic-chat u probabli nirċievi ftit insulti minn dawk li jaraw aħmar u tifħir minn dawk li jaraw kuluri oħra. Biss waħda ngħid għax jien mhux għami bil-politika partiġjana. Huma l-Profs. Charmaine Gauci u l-Ministru Chris Fearne li għandhom jitkellmu għax huma responsabbli u huma t-tobba. Jiena nagħ’el li nibqa’ ġewwa. Is-Sajf tiegħek Onor. Prim Ministru, jekk jinteressak ibda ħeġġeġ in-nies biex jibqgħu ġewwa qabel ma jkun tard wisq. Jekk ktibt xi ħaġa kontra l-interess nazzjonali għidli fejn. L-appell tas-Supritendent tas-Saħħa qiegħed nirrepeti wara kollox. Is-Sliem.

  2. Hon.PM I’d diskors tiek huwa veru inkoraganti ,pero al min mandux saqaf fuq rasu u qied fil fa xa tisfel net MAJ FISSER XEJN ax dawn lanqas vuwci mandom ahseb u ara biex jikkumbattu din il glieda,allavolja dawn huma dritt u suggetti Socjali
    Nitolbok biex al zewg sekondi thares isfel iktar ax jekk thares dritt mintiex se tarhom dawn in nies ax qedin iktar lisfel mil l’irkoppa allura fgieh is sewwa hu passi urgenti ax ix xemx titla alkulhadd u dawn I’d disprati u jekk ma tfitxhomx mhux se tarhom ax kif ghadlek dawn mandomx Vuwci u lanqas xjieklu,
    Grazzi fgieh is Socjalizmu

Leave a Reply to Carmel Brincau Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend