Fi Frar li għadda żdiedu t-turisti b’16.5% u n-nefqa tagħhom żdiedet b’mod qawwi – One News

Notifiki

Fi Frar li għadda żdiedu t-turisti b’16.5% u n-nefqa tagħhom żdiedet b’mod qawwi


In-numru ta’ turisti li żaru lil pajjiżna fi Frar ta’ din is-sena żdiedu b’16.5%.

Dan meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.

Statistika ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet li fi Frar li għadda, l-ammont ta’ turisti li rifsu artna kienu kważi mija sitta u erbgħin elf (145,821).

Il-biċċa l-kbira tat-turisti li żaru pajjiżna għamlu dan bħala btala.

Fil-fatt kważi mija u ħamsa u għoxrin elf ruħ (124,198) ġew f’Malta għal btala filwaqt li ftit aktar minn ħmistax-il ruħ (15,074) ġew mawra f’pajjiżna fuq xogħol.

Il-biċċa l-kbira tat-turisti kienu jgħoddu bejn il-25 u l-44 sena.

Aktar minn terz tat-turisti (33.9%) kienu ġejjin mill-Italja u r-Renju Unit.

Żdiedu wkoll in-numru ta’ iljiel mqatta’ mit-turisti.

Fil-fatt in-numru ta’ iljieli matul ix-xahar ta’ Frar qabżu t-tmien mija u ħamsin elf (852,875), li fisret żieda ta’ 10.1% meta mqabbel ma’ Frar tal-elfejn u dsatax.

Aktar minn sittin fil-mija (61.1%) tat-turisti qagħdu fil-lukandi.

Dan apparti li l-NSO spjega li żdiedet b’mod qawwi n-nefqa tat-turisti.

Fi Frar ta’ din is-sena din laħqet kważi sebgħa u tmenin miljun ewro (€86.8 miljun) li fisret 22% aktar minn Frar tas-sena l-oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend