540 proposta għar-riforma kostituzzjonali – One News

Notifiki

540 proposta għar-riforma kostituzzjonali

Fil-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma kostituzzjonali daħħlu 540 proposta.

Qal dan il-President ta’ Malta George Vella f’intervent b’mod virtwali permezz ta’ skype fuq One Breakfast it-Tlieta filgħodu.

Il-President George Vella stqarr: “Il-konkorenza kienet sabiħa ħafna. Sakemm ġejna biex nagħlqu kien hemm anke xi proposti li daħlu li aċċetajnihom wara.”

Il-President li propju għadu kif għalaq sena bħala Kap tal-Istat Malti qal li l-poplu Malti ressaq ideat varjati fuq diversi temi, mill-George Cross sar-reliġjon.

B’kull proposta se tiġi analizzata u se jsir rapport bil-proposti kollha li daħlu.

Il-President sostna: “It-topics li iktar li tkellmu fuqu in-nies kien il-George Cross. It-tieni suġġett kien l-ambjent.”

Fuq il-programm ta’ filgħodu mxandar fuq ONE, il-President qal li r-riforma kostituzzjonali huwa proċess ħaj u għaddej il-ħin kollu.

Il-President George Vella kompla jispjega: “Partit politiċi, korpi kostitwiti, istituzzjonijiet ta’ ċertu statura, jiddiskuti suġġetti u jiġi ikkunsidrati abbozzi ta’ liġijiet.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend