Malta tilqa’ donazzjoni ta’ nofs miljun maskla tal-wiċċ – One News

Notifiki

Malta tilqa’ donazzjoni ta’ nofs miljun maskla tal-wiċċ


Nofs miljun maskla protettiva ngħataw bħala donazzjoni mingħand kumpanija lokali b’kuntatti f’Veneto l-Italja.

Il-maskli se jingħataw lil entitajiet f’Malta u f’Għawdex li jeħtieġu dan l-ilbies protettiv biex ikomplu jwettqu doveri essenzjali fil-ġlieda kontra l-imxija tal-Coronavirus.

Dawn inġiebu Malta grazzi għall-inizzjattiva taċ-chairman tal-kumpanija bil-koperazzjoni sħiħa tal-Ambaxxata Maltija fl-Italja, l-Air Malta u l-uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

F’ittra, il-President tar-Reġjun ta’ Veneto Luca Zaia faħħar il-ġest tal-kumpanija u tkellem dwar l-importanza li l-komunitajiet isegwu eżempji bħal dawn ta’ kif għandhom jgħinu lil xulxin fil-ġlieda kontra l-imxija tal-Coroonavirus, li qasmet kull fruntiera u misset kull nazzjonalità.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo enfasizza l-importanza tal-koperazzjoni globali fil-ġlieda kontra dan l-għadu inviżibbli. Saħaq ukoll dwar l-importanza tal-koperazzjoni intra-reġjonali fost pajjiżi fil-Mediterran.

Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista spjega kif l-Awtorità għall-Mediċini se tkompli tqassam dawn il-maskli protettivi, qed tissorvelja x-xenarju dinamiku tal-Coronavirus u tindirizza b’mod proattiv il-ħtiġijiet mediċi tal-pajjiż.

Permezz ta’ inizjattivi koordinati, it-taqsima għall-Intelliġenza u l-Aċċessibbiltà tal-Mediċini, qed jgħinu fil-provvista ta’ mediċini u ta’ apparat mediku sabiex tiġi assigurata aċċessibbiltà kontinwa għall-benefiċċju taċ-ċittadini Maltin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend