Il-PM Robert Abela jżur lill-Forzi tal-Ordni f’Ħal Far – One News

Notifiki

Il-PM Robert Abela jżur lill-Forzi tal-Ordni f’Ħal Far

It-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru Robert Abela żar lill-Forzi tal-Ordni, fosthom lill-Pulizija u lis-Suldati li bħalissa huma stazzjonati quddiem iċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.

Bħalissa ċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far jinsab mgħasses mill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-pulizija 24 siegħa kuljum sakemm l-immigranti fiċ-ċentru jibqgħu jiġu ordnati biex joqogħdu fi kwarantina mandatorja.

B’effett immedjat mill-Ħadd filgħaxija, il-Ministru għall-intern Byron Camilleri ħabbar li r-residenti taċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far iridu joqogħdu kwarantina għal ġimagħtejn minħabba li kien hemm immigranti li ġew infettati bil-coronavirus. Bl-immigranti kkoperaw mal-awtoritajiet.

F’post il-Prim Ministru qal li huwa “kburi bihom”.

Ara aktar:

BIL-FILMAT: Preżenza qawwija tal-forzi tal-ordni barra ċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far iżda kollox jidher taħt kontroll

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend