Boris Johnson jiddaħħal f’taqsima tal-kura intensiva kawża tal-COVID-19 – One News

Notifiki

Boris Johnson jiddaħħal f’taqsima tal-kura intensiva kawża tal-COVID-19

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson kellu jidaħħal f’taqsima tal-kura intensiva fi sptar Ingliż kawża tas-sintomi tal-Coronavirus. Dan ħabbru kelliem għal Downing Street fejn sostna li Johnson ddaħħal f’taqsima tal-ITU wara xi jiem rikoverat l-isptar.

Rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li Johnson tmexxa għal din it-taqsima għall-ħabta tas-7pm ħin lokali.

Qabel ma tmexxa fl-ITU, l-Prim Ministru Ingliż talab lis-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Ingliż Dominic Raab sabiex jassumi r-responsabbiltá ta’ deputat Prim Ministru fl-assenza tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *