45 kowċ b’lezzjonijiet sportivi onlajn – One News

Notifiki

45 kowċ b’lezzjonijiet sportivi onlajn

45 Kowċ ġew ingaġġjati minn Sport Malta sabiex jibdew joffru taħriġ sportiv online.  Dan hekk kif kull ġimgħa ser ikunu qed jittellgħu mal-35 filmat ġdid ta’ taħriġ sportiv għall-kulħadd u għal kull abbiltà sportiva.  Dan sabiex in-nies minn darhom ikunu jistgħu iżommu attivi anke f’dan iż-żmien.

Il-kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta, Mark Cutajar spjega li filmati ġodda ta’ taħriġ sportivi ser ikunu disponibbli kuljum fuq is-sit ta’ Sport Malta u fuq il-paġni ta’ Facebook tas-Segretarjat għall-isport u tal-Ministeru għall-edukazzjoni.

Huwa spjega li Sport Malta ser tkun qed tara li l-filmati preparati mill-kowċis ikunu ta’ livell qabel jittellgħu online.

“Qed issir evalwazzjoni tal-lezzjonijiet kollha li se jkunu qed jintbgħatu online sabiex imbgħad dawn jiġu uploaded għax l-intenzjoni tagħna hija mhux biss li nitfgħu video biex ngħidu tfajna video iżda jkollna wkoll video ta’ kwalitá.” Stqarr Mark Cutajar.

Is-Segretarju Parlamentari għall-isports, Clifton Grima spjega li din minn dejjem kienet ħolma li ikun hemm servizz sportiv anke online, u għalhekk dan is-servizz ser ikun qed ikompli jingħata anke wara li s-sitwazzjoni tmur lura għan-normal.

Iċ-Ċermen ta’ Sport Malta, Luciano Busuttil spjega kif issa Sport Malta ser toffri l-opportunità li f’dan iż-żmien diffiċli fid-dawl tal-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna, il-Maltin u l-Għawdxin ser ikun jistgħu jibqgħu jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku fi djarhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend