Jinżammu arrestati wara li ppruvaw jisirqu dar – One News

Notifiki

Jinżammu arrestati wara li ppruvaw jisirqu dar

Darko Stojanovic ta’ 22 sena mis-Serbja u Michal Lukasz Nowak ta’ 38 sena mill-Polonja wieġbu mhux ħatja li ppruvaw jisirqu dar fi Triq Karm Zerafa f’Birkirkara.

L-attentat ta’ serq seħħ fis-26 ta’ Marzu li għadda fejn l-irġiel ippruvaw jidħlu f’appartament meta kienu mwaqqfa minn sid il-propjetà.

L-akkużati kienu arrestati biswit ħanut tal-merċa f’Birkirkara wara li l-pulizija ntraċċawhom permezz ta’ kameras tas-sigurtà.

Fil-qorti ħareġ li l-koppja m’għandhomx saqaf fuq rashom u m’għandhomx impjieg.

L-avukat tal-għajnuna legali ma talbitx għall-ħelsien u għaldaqstant dawn inżammu arrestati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend