Inkjesta Maġisterjali dwar il-każ tat-trakk li għamel ħerba fil-Mellieħa – One News

Notifiki

Inkjesta Maġisterjali dwar il-każ tat-trakk li għamel ħerba fil-Mellieħa


Ix-xufier tat-trakk ta’ disgħa u għoxrin sena mill-Mellieħa li s-Sibt għamel ħerba tul it-toroq tal-Mellieħa għadu jinżamm għall-kura fl-Isptar Mater Dei. Dan ikkonfermah kelliem tal-Pulizija, li spjega wkoll li dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali. 

Il-każ beda fl-inħawi biswit lukanda fil-Marfa fejn kawża ta’ ħabta, t-trakk tilef it-tyre ta’ quddiem madankollu x-xufier baqa’ jsuq b’sewqan perikoluż tul it-triq kollha sakemm eventwalment waqaf fi Triq Gorg Borg Olivier wara li ħabat ġo karozza tal-linja u baqa’ dieħel fil-faċċata ta’ lukanda fl-istess triq.

Matul it-triq ix-xufier saq b’manjiera perikouża ħafna, b’filmati fuq il-midja soċjali juru kif fit-telgħa tas-santwarju, ix-xufier kważi daħal ġo karozza li kienet tinstaq fid-direzzjoni opposta.

It-trakk eventwalment waqaf wara li ħabat ma’ ħajt ta’ lukanda fejn ġie ċċirkondat minn persuni li kien għadu kif għamlilhom ħsarat fil-vetturi jew proprjetà tagħhom.

Rapporti qalu li malli waqaf ix-xufier baqa’ fil-kabina tat-trakk sakemm ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza għall-kura medika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend