Delia jgħid mod ieħor ta’ dak li qed iħossu l-Maltin – One News

Notifiki

Delia jgħid mod ieħor ta’ dak li qed iħossu l-Maltin


Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia attakka lill-Gvern għaliex skont hu qed jinjora oqsma milquta bil-Covid-19.

Huwa qal dan il-Ħadd filgħodu f’diskors fuq il-midja Nazzjonalista.

Delia stqarr: “Il-Gvern qed jitkellem biss fuq iċ-ċifri tal-pajjiż bħala totalità.”

B’kuntrast għal dak li qal Adrian Delia, il-Gvern qed iħallas €800 f’paga lil 60,000 ħaddiem li ġejjin minn oqsma bħat-turiżmu, trasport, divertiment u setturi oħra milquta mill-impatt ekonomiku kawża tal-Coronavirus.

Dan minbarra 50,000 ħaddiem ieħor fil-manifattura u l-ħwienet se jitħallsu ġurnata paga li jistgħu jitilgħu għal jumejn. In-nefqa b’dawn iż-żewġ miżuri biss diġà tlaħħaq kważi €70 miljun.

Minbarra dan il-Gvern qed jalloka wkoll €700 miljun oħra f’diferimenti tat-taxxa u 350 miljun ewro f’garanziji ta’ self lill-banek.

Miżuri li skont stħarriġ tas-Sunday Times tal-Ħadd filgħodu, 69% tal-Maltin jemmnu li l-Gvern qed jamministra tajjeb is-sistwazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna f’dan iż-żmien ta’ sfida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend