L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom fiduċja kbira fil-Gvern Malti – One News

Notifiki

L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom fiduċja kbira fil-Gvern Malti

Il-fiduċja li għandhom l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Gvern Malti huwa ċertifikat ieħor pożittiv.

ONE News ħa r-reazzjoni tal-bankier bi snin ta’ esperjenza fil-qasam finanzjarju, Roderick Psaila, b’rabta mal-applikazzjonijiet għall-istocks tal-Gvern li jammontaw ‘il fuq minn erba’ mitt miljun ewro u li nħatfu f’inqas minn erba’ sigħat.

“L-ewwel ħaġa ovvjament inti meta ssellef lil xi ħadd, bħal dan il-każ lill-istituzzjonijiet finanzjarji, iffisser li qed tafda li lil min ħa sellef ħa jużahom tajjeb il-flus, u ovvjamnet aktar użu tajjeb milli dan iż-żmien ma hemmx. Prof. Scicluna u t-tim tiegħu jafu x’qed jagħmlu żgur, għandhom track record u allura naħseb dak huwa punt fundamentali”

Il-Bankier kompla jispjega li dawn huma żminijiet bla preċedent fejn il-Gvern permezz tal-miżuri li ħabbar qed iwieżen lill-intrapriżi biex ma jagħlqux għal kollox u biex ma jkeċċux lill-ħaddiema tagħhom, ħalli meta jgħaddi dan il-perjodu ta’ sfida waqt il-pandemija, il-kumpaniji f’Malta jerġgħu jqumu fuq saqajhom fl-iqsar żmien possibbli.

“Jekk inti l-businesses ma tħallihomx jagħlqu għal kollox, iħallihom b’naqra ħajja ovvjament ħa jkunu f’pożizzjoni aħjar biex meta nkunu xi mkien on the downward slope ta’ din il-pandemija jew at the tail end, dawn jerġgħu jqumu fuq tagħhom malajr kemm jista’ jkun u l-ekonomija tirpilja qabel. Jiġifieri naħseb jien l-objettiv tal-Gvern huwa dan”

Is-Sur Psalia spjega li l-Gvern irid iwieżen l-intrapriżi sabiex l-ekonomija terġa’ taqbad ir-ritmu li kienet għadejja bih.

“Din l-għajnuna li l-Gvern qed jagħti, bħalha jrid jerġa’ jagħti  meta l-ekonomija tibda tirpilja għax hemmhekk ikun punt importanti imbagħad fejn inti mbgħad tkompli żżid, qisek qed titfa’ aktar fjuwil fil-magna, biex din tkompli taħdem u tibda taħdem b’mod mgħaġġel kif konna qed naraw fl-aħħar snin”

Il-valur ta’ din l-aħħar ħarġa tal-istocks tal-Gvern kien l-akbar ammont qatt maħruġ mill-Gvern f’dawn l-aħħar seba’ snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend