Illum kellu jkun il-jum tat-tieġ tagħhom… Għelbu l-isfida billi baqgħu pożittivi – One News

Notifiki

Illum kellu jkun il-jum tat-tieġ tagħhom… Għelbu l-isfida billi baqgħu pożittivi

L-Erbgħa ta’ April kellu jkun il-jum li fih l-eks kollega fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE, Jessica Sultana, tingħaqad fis-Sagrament taż-Żwieġ mal-għarus tagħha Daniel.

Iżda kawża tal-pandemija covid-19, il-koppja sebħu qattgħu dan il-jum bħala ieħor bħall-oħrajn. Iżda ma naqsux milli jkunu pożittivi għall-aħħar.

“Konna three weeks ‘il bogħod imma ħassejna li fl-interess tal-familjari u ħbieb tagħna għamilna naħseb l-aħjar għażla li stajna għamilna at this stage”

Ma kinitx għażla faċli, imma kienet l-aħjar waħda.

“Qisha ġiet għażla quddiemna jew illi nħalluha bħalspeċi nikkrollaw quddiem dak li qed jiġri jew inkella li kemm jista’ jkun nipprovaw inżommu kalmi u naħsbu għal quddiem. Xorta waħda nipprovaw inkunu looking forward għal ġurnata tat-tieġ meta jekk il-Bambin irid tasal ukoll”

Jessica u Daniel kellhom appoġġ kbir mingħand dawk l-aktar qrib tagħhom.

“Kellna ħafna sapport mingħand il-familjari, mingħand il-ħbieb bdew iġgħeluna nħossuna naqra eħfef minn dak it-to   qol li kellna fuqna  u minn hemmhekk imbgħad għażilna illi neħduha bħala mument ieħor ta’ prova għar-relazzjoni tagħna, kellna diġà minnhom, fil-ħajja miżżewġa naħseb li xi darba jew oħra ser ikolna wkoll u allura naraw kemm jista’ jkun nipprovaw nisaħħu permezz ta’ din l-esperjenza wkoll”

Issa l-koppja tinsab ħerqana biex aktar tard din is-sena tgawdi jum it-tieġ wara sentejn preparamenti.

“Ma naqtgħux qalbna, l-importanti naħseb illi l-koppja, ż-żewġ naħat kemm jista’ jkun jibqgħu dejjem iżommu id f’id u jaraw illi jiġbdu ħabel wieħed ħalli jekk il-Bambin irid ukoll il-ġurnata tat-tieġ tasal u ngawdu u niċċelebraw bid-doppju wkoll”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend