Jitlestew żewġ toroq oħra f’Għawdex – One News

Notifiki

Jitlestew żewġ toroq oħra f’Għawdex


Triq Ġorf fix-Xagħra u Triq Fatima fin-Nadur ingħataw wiċċ ġdid permezz ta’ investiment ta’ nofs miljun ewro. Dan ħabbru l-Ministru għall-Għawdex Clint Camilleri waqt żjara fuq il-post.

Il-Ministru Camilleri tenna li dan l-investiment qed jagħti lil Għawdex dak li jixraqlu.

Huwa spjega: “Qegħdin nieħdu l-okkażjoni sabiex insaħħu aktar l-infrastruttura hawnhekk ġewwa Għawdex sabiex nippreparaw għal wara li tgħaddi din il-pandemija sabiex nagħtu wkoll gzira aktar aħjar lesta għat-turiżmu li jiġi wara.”

Fost ix-xogħlijiet li saru kien dak ta’ tranġar u asfalt mill-ġdid sabiex tiġi assigurata li jkun hemm toroq adegwati u siguri. Il-Ministru semma wkoll li fl-aħħar ftit xhur, fix-Xagħra tlestew żewġ toroq oħra dik ta’ Triq Gajdoru u Triq il-Kumittiva.

Min-naħa tagħhom is-Sindku tax-Xagħra Christian Zammit kif ukoll is-Sindku tan-Nadur Edward Said tennew li jinsabu mpenjati li jkomplu jaħdmu id f’id mal-Ministeru ta’ Għawdex. Dan sabiex tkompli tingħata l-prijorità mistħoqqa lit-toroq Għawdxin.

Is-Sur Zammit spjega: “Finalment ir-residenti qed jaraw din it-triq issir bl-asfalt kif ukoll sar proġett fuq il-fosos tad-drenaġġ. Ser tkun qed tiġi solvuta llum waħda mill-ikbar problemi fil-lokalità tax-Xagħra.”

 Il-Ministru Clint Camilleri temm billi rringrazzja lill-ħaddiema li f’dawn iż-żminijiet baqgħu għaddejjin bix-xogħlijiet biex Għawdex ikollu infrastruttura adegwata.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Prosit ta dan ix xoghol kollu li qed taghmlu.Izda mhux hekk nistaw nghidu ahna linghixu fil bini tal gvern Hal-Lija.Din il kumpanija Taljana jigu nies jaghmlu jumejn jahdmu u fil kuplament tal gimgha ma jidrux izjed.Ilna 4 gimghat biex jaghmlu trinka.F’gimghatejn lanqas resqu lhawn wara li girfu tarmac..Li kieku tas Sliema listess jahdmu?hudu hsiebna ghax ahna resident li nhalsu taxxi wkoll.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend