“Ġib rispett lejn ħutek” … Anzjan jipprova jaqsam il-fliegu mingħajr raġuni valida – One News

Notifiki

“Ġib rispett lejn ħutek” … Anzjan jipprova jaqsam il-fliegu mingħajr raġuni valida

“Ħa nsaqsik għalfejn qed taqsam lejn Għawdex?”

“Għadni ġej mix-xogħol.”

“U residenti Għawdex?” Iva”

“Tista’ turini ID jew il-pass pls?”

Din kienet ir-realtà l-ġdida għal dawk kollha li riedu jaqsmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex.

Minkejja dan, iċ-Ċirkewwa xorta kien hemm min ittanta xortih li jmur lejn il-gżira tat-tliet għoljiet anki jekk ma kellux raġuni valida.

Rose Sammut, Uffiċjal tas-Sigurtà spjegat: “Waqqafna anzjan sejjer fejn ħutu Għawdex u ħutu għandhom iż-żmien, għadnielu ġib rispett lejn ħutek u tmurx. Waqqafna tfajla oħra sejra Għawdex u għednielha mhux il-mument li taqsam u marret lura.”

Ir-restrizzjonijiet l-ġodda jsegwu miżuri ta’ sigurtà li ddaħħlu mill-Gozo Channel fl-aħħar ġimgħat bħat-teħid tat-temperatura.

Hija kompliet tispjega: “Iċemplu lill-111 in-nurses li jkunu hawn u jieħdu l-azzjonijiet huma.”

Il-miżuri l-ġodda jaffettwaw kemm min qse jivvjaġġa bil-karozza, kif ukoll dawk li jitilgħu mit-terminals fiċ-Ċirkewwa jew fl-Imġarr.

Intant, sakemm domna fuq il-post l-andament kien wieħed kalm u mexxej.

Bis-sewwieqa tal-karozzi kif ukoll il-passiġġiera u persuni oħra lkoll jikkoperaw f’dan iż-żmien partikolari.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend