Għajnuna lill-mezzi tax-xandir – One News

Notifiki

Għajnuna lill-mezzi tax-xandir

Il-Gvern ħabbar li se jkun qed jagħti għajnuna finanzjarji lill-mezzi tax-xandir minħabba dan il-perjodu tant diffiċli minħabba l-effetti li qed tħalli l-imxija tal-Coronavirus. Dan wara numru ta’ laqgħat ma’ diversi mezzi ta’ xandir f’Malta.

Fost il-mezzi tax-xandir li jistgħu jibbenifikaw minn din l-għajnuna hemm dawk il-mezzi ta’ komunikazzjoni bħat-televiżjoni, radju, gazzetti u siti tal-aħbarijiet. Din l-għajnuna qed tingħata bil-għan li dan il-mezzi tax-xandir ikunu jistgħu jibqgħu joperaw.

Fi stqarrija l-Gvern qal permezz ta’ din l-għajnuna qed juri l-impenn tiegħu lejn dan is-settur, dan għaliex hu jemmen li l-mezzi tal-komunikazzjoni huma importanti għad-demokrazija, kif ukoll għodda importanti fit-tisħiħ tal-liberta tal-espressjoni.

Il-Gvern irrikonoxxa wkoll ix-xogħol li qed jagħmlu l-mezzi tax-xandir f’dan il-perjodu sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom għand in-nies waqt li huma meħtieġa jibqgħu ġewwa.

Intant l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin laqa’ l-appoġġ finanzjarju li se jkun qed jagħti l-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend