Eżenzjoni mill-ħlas għall-ftuħ tar-reġistru tal-Qorti – One News

Notifiki

Eżenzjoni mill-ħlas għall-ftuħ tar-reġistru tal-Qorti

Avviż legali ppubblikat jara li persuna li tkun trid tressaq rikors għall-ftuħ tar-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja, tkun tista’ tagħmel dan mingħajr ma tħallas id-drittijiet għall-ftuħ tar-Reġistru. Dan f’kawżi ta’ separazzjoni, divorzju, annullament, manteniment, filjazzjoni, paternità, sekwestru jew kustodja ta’ minuri u f’konnessjoni ma’ atti preżentati minn kuraturi ex officio.

Dan wara li ngħalaq ir-Reġistru tal-Qrati tal-Ġustizzja mis-Superintendent tas-Saħħa Pubblika fid-dawl tal-imxija tal-Coronavirus.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministru għall-Familja Michael Falzon u l-Ministru għall-ġustizza, Edward Zammit Lewis, li spjegat kif din l-eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffa għall-ftuħ in konnessjoni mal-kawżi indikati tapplika biss jekk il-ftuħ tar-reġistru jintalab fil-ġranet tax-xogħol, matul il-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend