Studenti xorta jistgħu jagħmlu l-eżamijiet tal-MATSEC f’Settembru – One News

Notifiki

Studenti xorta jistgħu jagħmlu l-eżamijiet tal-MATSEC f’Settembru

Il-Bord tal-MATSEC ħabbar li studenti li kienu se japplikaw għall-eżamijiet tal-A-levels jew dawk tal-livell Intermedju li s-soltu jsiru f’Settembru xorta waħda se jkunu jistgħu jagħmlu dawn l-eżamijiet f’Settembru ta’ din is-sena.

L-applikazzjonijiet se jiftħu f’Lulju u l-istudenti se jkun infurmati hekk kif joqrob iż-żmien.

Fi stqarrija l-Bord tal-MATSEC qal li minkejja li ninsabu f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji huwa jinsab komess li jagħti lill-istudenti opportunità li jagħmlu dawn l-eżemijiet ħalli jġibu l-kwalifiki neċessarji sabiex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Intant, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici laqa’ b’sodisfazzjon din id-deċiżjoni tal-MATSEC.

Għal aktar informazzjoni rigward l-eżamijiet wieħed jista’ jżur is-sit: https://www.um.edu.mt/study/duringcovid-19/matriculationexaminations

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend