Mara f’kundizzjoni gravi wara li ttajret minn karozza fl-Imqabba – One News

Notifiki

Mara f’kundizzjoni gravi wara li ttajret minn karozza fl-Imqabba

Mara ta’ 37 sena mill-Imqabba qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza fl-Imqabba.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu fi Triq il-Madonna tal-Ġilju.

Fuq il-post immedjatament  issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li l-mara sfat milquta minn karozza ta’ tip Honda Fit li kienet misjuqa minn mara ta’ 52 sena minn San Ġwann.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tadDistrett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend