Malta fost l-ogħla nefqiet fis-settur tas-saħħa – One News

Notifiki

Malta fost l-ogħla nefqiet fis-settur tas-saħħa

Pajjiżna huwa fost l-aktar għaxar pajjiżi li jonfoq fil-qasam tas-saħħa.

Statistika tal-EUROSTAT uriet kif fl-2017pajjiżna kellu nefqa ta’ 9.3% tal-prodott domestiku gross fil-qasam tas-saħħa.

Dan ifisser li fost l-istati membri, pajjiżna kien id-disa’ l-ogħla pajjiż b’nefqa f’qasam li miegħu imiss kull ċittadin.

Imqabbel mas-sena ta’ qabel, Malta żiedet in-nefqa fil-qasam tas-saħħa.

Fil-fatt fl-2016, in-nefqa tas-saħħa f’pajjiżna kienet ta’ 9.14%.

L-aktar żewġ pajjiżi b’nefqa fil-qasam tas-saħħa huma Franza u l-Ġermanja, segwiti mill-Iżvezja.

Fil-fatt Franza u l-Ġermanja jonfqu 11.3% tal-prodott domestiku gross fil-qasam tas-saħħa, filwaqt li l-Iżvezja jonfqu 11% tal-prodott domestiku gross.

L-inqas pajjiżi b’nefqa fil-qasam tas-saħħa kienu r-Rumanija, il-Lussemburgu u l-Latvja.

Fir-Rumanija, in-nefqa fil-qasam tas-saħħa mqabbel mal-prodott domestiku gross kien ta’ 5.2%.

Dan filwaqt li fil-Lussemburgu u fil-Latvja n-nefqa kienet ta’ 5.5% u 6%  rispettivament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend